Sunday, November 24, 2024

Probation wara li ammetta li seraq laħam iffriżat

Aqra wkoll

Raġel tpoġġa taħt ordni ta’ probation wara li ammetta li seraq laħam iffriżat b’valur ta’ aktar minn €400 f’dawn l-aħħar xahrejn.

Johannus Leonard Springer ta’ 33 sena, Olandiż residenti Għajnsielem, tressaq quddiem il-Maġistrat Lara Lanfranco mixli b’seba’ akkużi ta’ serq minn ħwienet differenti.

Huwa wieġeb ħati tal-akkużi, bl-Avukat tiegħu jinforma lill-Qorti li l-imputat kellu problema ta’ droga. Kien għalhekk li fuq ammissjoni tiegħu stess, il-Qorti poġġietu taħt ordni ta’ probation u taħt ordni ta’ trattament għal perjodu ta’ tliet snin.

Huwa kien ordnat sabiex iħallas għal-laħam li kien seraq u għamel dan fi tmiem is-seduta.

L-Avukat Roberto Montalto deher għal Springer.

Sport