Saturday, December 28, 2024

Probation wara li ammettew għal akkużi ta’ serq minn karozzi

Aqra wkoll

Raġel wiegħed li jaħtaf l-opportunità biex jegħleb il-vizzju tal-eroina, hekk kif tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal żmien tliet snin wara li wieġeb ħati għal sensiela ta’ serqiet minn karozzi pparkjati f’Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi.

James Casha ta’ 50 sena mis-Siġġiewi tressaq il-Qorti mixli b’23 akkuża, relatati ma’ 11-il serqa minn vetturi, kif ukoll aktar akkużi relatati ma’ attentat ta’ serq. Huwa kien ukoll mixli bi ħsara volontarja fuq il-vetturi.

F’dawn il-każi, li seħħew matul ix-xahar ta’ Frar, insterqu flus kontanti, apparat elettroniku u oġġetti oħra.

Ma’ Casha tressqet ukoll Claire Satariano ta’ 46 sena minn Ħaż-Żebbuġ, b’din tal-aħħar tiġi mixlija biss dwar attentat ta’ serqa minn vettura f’Ħaż-Żebbuġ li seħħet nhar il-Ħadd li għadda. 

Huma wieġbu ħatja tal-akkużi miġjuba kontra tagħhom u tpoġġew taħt ordni ta’ probation u taħt ordni ta’ trattament għall-perjodu ta’ tliet snin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Janetta Grixti.

Ekonomija

Sport