Il-Bank of Valletta rriżolva l-problemi tekniċi li seħħew kmieni dalgħodu, li affettwaw diversi servizzi, fosthom l-internet u l-mobile banking, kif ukoll is-servizz tal-ħlas bil-kards.
Il-Bank ħareġ avviż minnufih biex jinforma lill-klijenti dwar l-interruzzjoni. It-timijiet tekniċi ħadmu qatigħ biex jidentifikaw il-kawża ewlenija tal-problema, jimplimentaw soluzzjoni u jsaħħu l-proċessi sabiex jitnaqqas ir-riskju li jinqalgħu każijiet simili fil-futur.
Matul l-interruzzjoni tas-servizz, il-fergħat tal-Bank estendew is-servizzi tagħhom biex jassistu lill-klijenti b’soluzzjonijiet bankarji alternattivi, filwaqt li l-Customer Service Centre kompla jipprovdi gwida u assistenza.
Il-Bank of Valletta jiskuża ruħu għal kull inkonvenjent u jirringrazzja lill-klijenti kollha għall-kooperazzjoni tagħhom.

