Il-vaċċin kien importanti biex tiġi mrażżna l-imxija u jiġu salvati l-ħajjiet filwaqt li l-prijorità f’pajjiżna kienet li tiġi żgurata li s-sodod fl-isptarijiet jibqgħu jkunu disponibblil għal min ikollu bżonnhom.
Dan qalitu s-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci waqt li kienet qed tixhed fil-Qorti waqt kawża Kostituzzjonali mressqa minn grupp ta’ dawk xettiċi dwar il-vaċċin u l-virus tal-Covid-19, kontra l-awtoritajiet tas-saħħa.
Dan il-grupp ta’ madwar mitt persuna qal li l-miżuri li ttieħdu jitqiesu bħala sproporzjonati u jiksru l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.
Prof. Gauci qalet li pajjiżna minn dejjem kellu pjan ta’ rispons nazzjonali anke qabel il-pandemija u fissret li kull miżura li ttieħdet waqt il-perjodu tal-pandemija saret skont evidenza.