Il-Ministru għall-Akomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes ħabbar li l-proġett t’akkomodazzjoni soċjali f’Wied il-Knejjes, Ħal Luqa se jkun qed jiġi msemmi għall-eks Ministru tad-Djar, il-mibki Dr Joe Brincat. Dan il-proġett, li se jsarraf f’46 appartament ġdid ta’ akkomodazzjoni soċjali, se jkun inawgurat fix-xhur li ġejjin.
Il-Ministru Galdes qal li l-Avukat Brincat kellu għal qalbu l-prinċipji u l-valuri soċjlisti u ħadem favur it-tisħiħ tal-welfare state f’pajjiżna, kif ukoll it-twaqqif tal-Awtorità tad-Djar bejn l-1976 u l-1981.
Semma wkoll kif fir-raba’ legislatura parlamentari tiegħu bħala Ministru tad-Djar, iddaħħlu sistemi li jiżguraw it-test tal-mezzi fost l-applikanti għall-akkomodazzjoni soċjali.