Saturday, October 26, 2024

“Projbit ix-xandir ta’ prodotti ta’ ikel u xorb b’sustanzi ta’ xaħam, aċidi u nutirjenti f’ħinjiet ta’ programmi għat-tfal” – l- abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Parlament iddiskuta l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir. Fih jintqal fost affarijiet oħrajn li “x-xandir tal-forom kollha ta’ komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi dwar ditti u prodotti ta’ ikel u xorb li fihom nutrijenti u sustanzi b’effett nutrittiv jew fiżjoloġiku, b’mod partikolari xaħam, aċidi xaħmin, melħ jew sodju u zokkor, magħrufa bħala prodotti li fihom ħafna xaħam, zokkor u melħ (HFSS), huwa projbit minnufih qabel, waqt u minnufih wara programmi għat-tfal. Għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ dawn il-prodotti, il-fornituri ta’ servizzi tal-media awjdoviżiva għandhom isegwu r-regolamenti ta’ kummerċjalizzazzjoni għal prodotti li jista’ jkollhom effetti ħżiena fuq stili ta’ ħajja tajba għas-saħħa, li jistgħu jiġu adottati skont l-artikolu 6 tal-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Stili ta’ Ħajja Sana u Kura ta’ Mard li ma Jitteħidx.”

Sport