Friday, January 2, 2026

Project Green b’attivitajiet biex tqarreb il-pubbliku lejn il-parks

Aqra wkoll

Project Green qed ittella’ diversi attivitajiet bl-isem ta’ Family in the Park, f’diversi parks li jaqgħu taħt il-kappa tal-istess entità.

Fost l-attivitajiet li saru kien hemm dawk fil-Milbrae Grove fil-Mosta u fil-Park ta’ San Klement f’Ħaż-Żabbar fejn attendew aktar minn 1,000 persuna, minn familji għal żgħażagħ.

Project Green qed ittella’ dawn l-attivitajiet, biex dejjem tqarreb lill-pubbliku lejn il-parks biex b’hekk jiffamiljarizzaw ruħhom aktar ma’ diversi spazji miftuħa li jeżistu madwar il-pajjiż. 

F’dawn l-attivitajiet, it-tfal jistgħu jilgħabu fi spazju miftuħ u sigur, waqt li jgawdu minn diversi logħob bħal tug of war, mużika u sezzjonijiet ta’  potting ta’ ħxejjex. 

Permezz ta’ dawn l-attivitajiet, il-familji jkunu qed igawdu ftit ħin ta’ mistrieħ flimkien filwaqt li jgawdu n-natura. 

Project Green hija impenjata biex tkompli torganizza attivitajiet bħal dawn, biex aktar familji jkunu jistgħu igawdu dawn l-ispazji miftuħa. L-attività li jmiss mistennija li ssir nhar il-Ħadd li ġej f’Mindon Grove, Ta’ Qali. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport