Sunday, December 22, 2024

Project Green tirċievi l-approvazzjoni għall-ħolqien ta’ ġnien ġdid f’Ħal Kirkop

Is-sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet mistennija toħroġ dalwaqt

Aqra wkoll

L-Aġenzija Project Green irċeviet l-approvazzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar ta’
spazju miftuħ fi Triq Nerik Scerri, f’Ħal Kirkop. Sa ftit tax-xhur ilu dan is-sit kien
wieħed minn erba’ artijiet allokati għall-bini.

Dan wara li l-Awtorità għallArtijiet għaddiet dan is-sit flimkien ma’ tliet siti oħra f’Ħal Lija, Ħal Luqa, u Ta’ Ġiorni f’San Ġiljan lil Project Green biex tiżviluppahom fi spazji ħodor fl-urban.

Project Green tħabbar ukoll li t-tender għax-xogħlijiet fuq dan il-ġnien ser
joħroġ dalwaqt. Ladarba tintgħażel l-offerta, jingħata bidu għax-xogħol biex
żona ta’ 1,600 metru kwadru tinbidel f’żona ħadra għall-komunità ta’ Ħal
Kirkop u l-madwar. Dan il-ġnien fi Triq Nerik Scerri jista’ jintlaħaq minn madwar
300 familja f’inqas minn 10 minuti mixi.

Dan il-ġnien ukoll se jirrifletti s-sostenibbiltà bħala l-qofol tal-proġett. Ittagħmir ta’ dan il-ġnien jinkludi t-tħawwil ta’ 60 siġra biex jinħoloq dell naturali, ekwivalenti għal tinda naturali li tkejjel madwar 600 metru kwadru.

Madwar il-ġnien ser jinħolqu passaġġi ekoloġiċi tajbin għall-mixi u ċ-ċikliżmu.
Sabiex tkompli issaħħaħ l-aspett ekoloġiku tal-proġett, Project Green qed
tistma li 75% tal-materjali li se jintużaw se jkunu sostenibbli. Ser jinbena ukoll
ġibjun għall-irrigazzjoni effiċjenti.

Project Green trid tattira viżitaturi ta’ kull età fil-ġonna tagħha, b’żoni għallogħob interattiv u treehouse, għal spazju sigur u divertenti għat-tfal. Għal min
iħobb il-pjanti, se jkun hemm żoni li fihom jistgħu jitħawwlu ħxejjex biex ilkomunità tieħu ħsiebhom.

Il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli qalet, “L-għan tagħna hu li nipprovdu
spazji miftuħa lil residenti fil-komunitajiet tagħhom, aċċessibbli b’għaxar minut
mixi minn darhom. Qed naħdmu biex nilħqu dak l-għan. Dan is-sit u t-tliet siti loħra jagħmlu parti minn pjan strateġiku biex noħolqu aktar spazji miftuħa
f’żoni urbani.”

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Project Green, Joseph Cuschieri saħaq li “Il-proġett talġnien f’Ħal Kirkop juri l-impenn tagħna lejn ħolqien ta’ spazji ħodor sostenibbli,
li jkunu ffukati fuq il-komunità. Dan il-proġett huwa parti mill-missjoni tagħna
biex niżviluppaw spazji iktar ħodor u li jistgħu jitgawdew mill-komunitajiet
madwar Malta u Għawdex.”

Project Green bħalissa qiegħda taħdem fuq 118-il proġett ta’ spazju miftuħ
madwar Malta u Għawdex.

Ekonomija

Sport