Wednesday, December 25, 2024

Propjetà tal-Knisja tinkera biex Chidcare Centre jilqa’ tfal ta’ vittmi ta’ vjolenza domestika

Aqra wkoll

Jiġġeded ftehim bejn il-Knisja u l-Gvern

L-Arċidjoċesi ta’ Malta u l-Gvern ġeddew ftehim dwar proprjetà f’Santa Venera sabiex tibda tintuża mill-Gvern bħala ċentru ta’ matul il-jum għat-tfal. ‘Bebbuxu Child Care Centre’ se jkun f’Dar San Ġużepp, li hi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta u mmexxija mill-patrijiet tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. Il-ftehim ġie ffirmat fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana minn Patri Louis Mallia u Dr Michelle Tabone f’isem l-Arċidjoċesi, u minn Michael Bondin, il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni.

Uħud mit-tfal li se jattendu dan iċ-ċentru għandhom ikunu tfal ta’ ommijiet li bħalissa qed jgħixu f’wieħed miż-żewġ x-xelters tal-Knisja għall-vittmi ta’ vjolenza domestika, li huma Dar Merħba Bik f’Ħal Balzan u l-programm ‘Il-Milja’ fiż-Żejtun. Dan sabiex filwaqt li matul il-ġurnata wliedhom ikunu f’post sigur, l-ommijiet ikunu jistgħu jkomplu b’ħajjithom sabiex jerġgħu jqumu fuq saqajhom u joħorġu miċ-ċirkustanzi li sabu ruħhom fihom.

Il-proprjetà se tinkera lill-Gvern għas-sentejn li ġejjin, bil-kuntratt jista’ jibqa’ jiġġedded kull sena għal ħames snin konsekuttivi. Filwaqt li l-Arċidjoċesi se tkun responsabbli mit-tiswijiet strutturali tal-post, il-Gvern se jieħu ħsieb l-operat taċ-childcare centre kif ukoll kwalunkwe xogħol ta’ tiswijiet u manutenzjoni tal-post u biex jagħmel il-post addattat li jilqa’ fih tfal minn tliet snin ’l isfel.

Ekonomija

Sport