Monday, December 23, 2024

Proposta biex sit industrijali f’Ħal Far jiġi re-zoned bħala buffer zone ma’ Natura 2000

Parti żgħira ser tkun għal sports b’impatt baxx

Aqra wkoll

Art kbira li hija zoned għalI żvilupp industrijali f’Ħal Far tista’ potenzjalment tiġi re-zoned biex issir buffer zone li tissalvagwardja ż-żona ta’ Natura 2000 ta’ biswitha, wara li l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet abbozz ta’ reviżjoni tal-policy għal dan is-sit.

L-iskop primarju wara din ir-reviżjoni tal-policy huwa li żvilupp industrijali jinżamm kemm jista’ jkun ’il bogħod miż-żona ta’ valur ambjentali għoli għaliex jista’ jagħmel ħsara.

L-Awtorità qiegħda tipproponi wkoll li żona żgħira ta’ art tkun zoned għal sports b’impatt baxx. Is-sit jinsab biswit l-irdumijiet kostali tal-Punent tal-Gżejjer Maltin qrib Wied Żnuber.

Dawn l-irdumijiet, inkluż Wied Żnuber, huma parti minn sit akbar ta’ Natura 2000, liema żona hija protetta għall-importanza ekoloġika u l-valur għoli tal-pajsaġġ tagħha.

Permezz tar-reviżjoni parzjali tal-Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta’ Malta, l-Awtorità qiegħda tipproponi li ż-żona tas-sit li tinsab biswit is-sit Natura 2000, u li tikkoinċidi maż-żona ta’ buffer arkeoloġika skedata, tiġi mibdula minn żona industrijali għal ‘Żona li trid tiġi kkonservata u rrestawrata’, filwaqt li l-parti tas-sit li jkun baqa’ biswit il-faċilitajiet industrijali eżistenti, ’il bogħod mill-irdum tal-kosta, qiegħda tiġi mibdula minn żona industrijali għal ‘Żona għall-Isport ta’ Impatt Baxx bi Spazju Miftuħ’.

Ir-reviżjoni tal-policy proposta tal-Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta’ Malta għal żona
industrijali ta’ Ħal Far, flimkien mas-sottomissjonijiet li waslu matul l-ewwel fażi talkonsultazzjoni, jinsabu fuq il-website tal-Awtorità www.pa.org.mt/consultation.

L-Awtorità tistieden individwi u organizzazzjonijiet biex jibagħtu r- rappreżentazzjonijiet tagħhom dwar din ir-reviżjoni tal-policy permezz tal-indirizz elettroniku: [email protected]

Ekonomija

Sport