“Għadni kif ressaqt proposta bi pjan lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali, lis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u lid-Direttur Ġenerali biex il-Belt Valletta tibda l-proċess lejn status ta’ muniċipalità”
Dan kien il-messaġġ li wassal is-Sindku tal-Belt Valletta Olaf McKay permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali, fejn spjega li dan huwa rikonoxximent ġust għal Belt Kapitali, sit UNESCO u ċentru storiku u kulturali uniku.
McKay irrimarka li bħalissa għaddejja ħidma sabiex b’ritmu tajjeb u ffukar, tasal il-bidla konkreta. Tenna li l-Belt Kapitali jixirqilha dan l-appoġġ, issa wasal iż-żmien li flimkien ningħaqdu aktar minn qatt qabel sabiex nimxu għal-livell li jmiss.