Thursday, March 19, 2026

“Proposti bla konsultazzjoni wiesgħa ixekklu s-suq flok isaħħuħ” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

… dan b’reazzjoni għal dak li qal il-Kap tal-PN b’rabta mat-tax cut

Aqra wkoll

“Proposti bla konsultazzjoni wiesgħa ixekklu s-suq flok isaħħuħ”. Dan iddikjarah id-Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Ian Borg b’reazzjoni għad-dikjarazzjoni li għamel il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg fil-jiem li għaddew. Alex iddikjara lifl-ewwel mitt jum minn meta jkun Prim Ministru se jkun qiegħed inaqqas il-VAT ta’ stabbilimenti tal-ikel minn 18% għal 7%. 

Borg sostna li l-appoġġ lejn is-settur tar-ristoranti mhuwiex dwar il-miżuri ewlenin jew wegħdiet. Sostna li proposti bħal tnaqqis tal-VAT, meta jiġu ppreżentati mingħajr qafas komprensiv, jirriskjaw li joħolqu aspettattivi li fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jirriżultaw insostenibbli jew ineffettivi.

Id-Deputat Prim Ministru irrimarka li r-realtà hi li kwalunkwe riforma sinifikanti f’dan is-settur teħtieġ approċċ olistiku. Dan ifisser wieħed li jinvolvi koordinazzjoni bir-reqqa mal-awtoritajiet fiskali, inkluż id-Dipartiment tal-VAT u l-Ministeru għall-Finanzi. Dan kif ukoll reviżjoni usa’ tal-liċenzjar, il-konformità u l-istrutturi operattivi. 

Borg  irrimarka li l-approċċ tagħna jibqa’ ċar u responsabbli. Huwa żied jgħid; “Se nkomplu ninvolvu ruħna mill-qrib mal-partijiet interessati tal-industrija u nimplimentaw miżuri studjati sew u mmirati li jappoġġjaw ġenwinament il-kwalità, il-kompetittività, u s-sostenibbiltà fit-tul. 

Tenna li l-għan huwa li jiġi żgurat li s-settur kulinari ta’ Malta jkompli jikber fl-eċċellenza u l-pożizzjoni internazzjonali. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport