Monday, October 20, 2025

Proposti miżuri konkreti miż-żgħażagħ f’diskussjoni miftuħa mal-Ministri

Imtella’ b’suċċess l-attività ‘Pitch it to the Minister’ minn Żgħażagħ Laburisti

Aqra wkoll

Żgħażagħ u studenti ressqu għadd ta’ proposti u ideat lill-Ministri meta ħadu sehem fl-attività ta’ Żgħażagħ Laburisti bit-tema ‘Pitch it to the Minister’ li saret dalgħodu fit-Trophies Lounge, il-Millennium Stand, Ta’ Qali. 

Iż-żgħażagħ ingħataw vuċi u skambjaw ħsibijiethom mal-Ministri rispettivi fuq l-edukazzjoni, l-ekonomija, l-ambjent, il-kultura, it-trasport, l-inklużjoni, l-agrikoltura, l-akkomodazzjoni u l-fondi Ewropej.  L-attività serviet ta’ diskussjoni miftuħa bejn iż-żgħażagħ u l-Ministri, li min-naħa tagħhom se jkollhom stampa iktar ċara tal-perspettiva żagħżugħa fit-teħid tad-deċiżjonijiet f’oqsma varji.

Il-President ta’ Żgħażagħ Laburisti, Miguel Abela, spjega kif din l-attività nibdet minn idea tas-Segretarju Ġenerali Trisianne Oliva u li bis-sehem tal-membri kollha tal-eżekuttiv ittellgħet b’suċċess.  Minbarra li rringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem qal, “Irridu li ż-żgħażagħ ma jibqgħux sempliċiment osservaturi tal-politika, imma parteċipanti diretti fiha.”

Permezz ta’ din l-inizjattiva, Żgħażagħ Laburisti wrew li l-attiviżmu politiku ma jfissirx biss diskors jew kritika, imma wkoll kontribut li jista’ jinbidel f’azzjoni konkreta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport