Saturday, May 24, 2025

ProSDin Water – Proġett immirat biex itejjeb id-djalogu soċjali fis-settur tal-provvista tal-ilma

Aqra wkoll

It-Taqsima Metall u Kostruzzjoni fi ħdan il-General Workers’ Union laqgħet żewġ delegazzjonijiet mill-Bulgarija u mill-Maċedonja li flimkien ma’ Malta u l-Italja qegħdin jaħdmu flimkien fuq il-proġett ProSDinWater – “Promozzjoni u Tisħiħ tadDjalogu Soċjali fis-Servizzi tal-Ilma permezz ta’ Proposti Innovattivi”. 

Laqgħa li matulha ddiskutew l-aħħar riċerki u rapporti tal-proġett li issa qed joqrob għat-tmiem tiegħu. Il-proġett ProSDinWater huwa inizjattiva Ewropea mmirata biex ittejjeb id-djalogu soċjali fis-settur tal-provvista tal-ilma, f’ambjent globali li qed jinbidel kontinwament. Iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea dan il-proġett jiġbor flimkien trejdjunjins, min iħaddem, u partijiet istituzzjonali interessati biex jivvalutaw u jtejbu l-oqfsa kollaborattivi fi ħdan din l-industrija. 

L-għan ta’ dan il-proġett huwa li janalizza u jeżamina prattiċi u opportunitajiet firriżorsi umani, l-oqfsa regolatorji, strutturi tal-pagi u modernizzazzjoni tal-infrastruttura. 

“F’dan il-proġett għal dawn l-aħħar sentejn iffukajna proprju fuq kif jinġabar u jitqassam l-ilma. Fil-każ ta’ Malta, b’differenza minn ħafna pajjiżi oħra, tiddependi ħafna mill-ilma li tipproduċi mill-baħar. Analizzajna wkoll il-kundizzjonijiet talħaddiema f’dan is-settur u esplorajna prattiċi aħjar biex inkomplu ntejbu d-djalogu soċjali, jiġifieri t-taħditiet bejn min iħaddem u l-unjins. F’dan l-aspett, Malta għandha vantaġġ u tinsab pass ’il quddiem meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra li kienu nvoluti fil-proġett,” qal is-Segretarju tat-Taqsima Jesmond Marshall. 

Permezz tar-rapporti nazzjonali u l-feedback tal-partijiet interessati u ħaddiema fis-settur li qegħdin jipparteċipaw, il-proġett ifittex li jistabbilixxi indikaturi li jistgħu jitkejlu għal djalogu soċjali effettiv, li jiżgura r-reżiljenza u l-adattabilità f’settur li jiffaċċja sfidi bħall-bidla fil-klima u n-nuqqas ta’ ħaddiema.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport