Prosekutur Spanjol qed jitlob sentenza ta’ disa’ snin ħabs għall-eks difensur tal-Brażil u Barcelona, Dani Alves.
Alves, 40 sena, se jgħaddi ġuri fi Spanja għal allegat attakk sesswali, f’Diċembru li għadda.
Alves ilu l-ħabs mingħajr pleġġ minn meta ġie arrestat, f’Jannar li għadda, fuq allegazzjoni li aggredixxa mara f’nightclub fil-belt ta’ Barċellona.
Huwa qal li kellu sess kunsenswali mal-”vittma” tiegħu wara li inizjalment ċaħad kull laqgħa sesswali magħha.
Il-prosekutur talab ukoll biex Alves jirċievi ordni li jinżamm ġewwa wara s-sentenza ta’ ħabs u li hu jħallas danni ta’ €150,000 lil din il-vittma.
F’Awwissu, qorti fiż-żona ta’ Barċellona akkużat formalment lil Alves u wara ddeċidiet li kien hemm biżżejjed evidenza biex jidher quddiem il-qorti.
Għad trid tiġi stabbilita data għall-ġuri ta’ Alves, li lagħab mal-Brażil fit-Tazza tad-Dinja tas-sena l-oħra u kellu l-kuntratt tiegħu mal-club Messikan UNAM mitmum wara l-arrest tiegħu.
Fi Spanja, ilment ta’ stupru huwa investigat taħt l-akkuża ġenerali ta’ attakk sesswali u l-kundanni jistgħu jwasslu għal sentenzi ta’ ħabs ta’ bejn erba’ u 15-il sena.