Monday, August 25, 2025

Protesta f’San Ġiljan kontra istituzzjonijiet “kompliċi” ma’ Iżrael

Aqra wkoll

“Malta m’għandhiex tkun kompliċi fil-ksur tal-liġi internazzjonali. Ma nistgħux nilqgħu istituzzjonijiet li huma parti mill-ġuħ deliberat u orribbli, mill-bombi bla waqfien u mill-brutalità u vjolenza li Iżrael qiegħed iwettaq f’Gaża u fil-West Bank. Bħalma kien il-każ fl-Afrika t’Isfel taħt il-politika tal-apartheid, istituzzjonijiet li jkunu involuti f’delitti ta’ atroċità għandhom jiffaċċjaw il-konsegwenzi”. 

Iddikjaraw dan b’mod konġunt 15-il organizzazzjoni mhux governattiva, flimkien mal-General Workers’ Union u l-Momentum, f’appell kontra l-organizzazzjoni tat-33 Kungress Dinji tal-International Association of Communication Sciences and Disorders (IALP) fil-Lukanda Hilton, Malta.

Ksur serju u kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem

Ir-raġuni hija li dan l-avveniment, li beda lbieraħ u se jkompli sa nhar il-Ħamis 28 ta’ Awwissu. huwa organizzat minn żewġ istituzzjonijiet – l-Israeli Association (ISHLA) u Paragon Team – li huma involuti fil-ksur serju u kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem min-naħa ta’ Iżrael.

Quddiem dan, ilbieraħ stess fl-4.00 ta’ filgħaxija saret protesta ħdejn Ġnien Spinola, San Ġiljan, segwita minn konferenza tal-aħbarijiet fl-istess post fid-4:30pm. Il-pubbliku kien imħeġġeġ jingħaqad biex jgħolli leħnu kontra l-kompliċità fil-ġenoċidju ta’ Iżrael u favur Malta ħielsa mill-apartheid.

Fost il-kelliema kien hemm il-President Emmeritus Marie Louise Coleiro Preca u Sammy Meilaq. Il-Professur Reuben Grima qara stqarriija għall-ptotezzjoni tas-saħħa u l-kura tal-ħaddiema f’Gaza.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport