Numru ta’ organizzazzjonijiet se jingħaqdu flimkien f’dimostrazzjoni organizzata minn Black Lives Matter (Malta) b’reazzjoni għal inċidenzi ta’ vjolenza razzjali u l-abbuż ta’ poter kontra persuni ta’ karnaġġjoni skur.
Filwaqt li stqarrew li l-inċidenti ta’ vjolenza razzjali baqgħu injorati għal snin twal f’pajjiżna, l-organizzaturi jgħidu li l-membri kollha tas-soċjetà, irrispettivament mill-kulur tal-ġilda tagħhom jistħoqqilhom mhux biss kull rispett imma wkoll li jħossuhom salvi u siguri fil-kommunità li jgħixu fiha.
Il-protesta se ssir għada f’misraħ De Valette fil-belt Valletta.