Sunday, May 4, 2025

Protesta minn Graffitti mħassra fid-dawl ta’ żviluppi pożittivi

Aqra wkoll

Il-Moviment Graffitti fi stqarrija qal li ħa nota ta’ żviluppi pożittivi rigward il-Conscience – il-bastiment umanitarju li ġie attakkat bi drones qrib il-kosta ta’ Malta – bil-Prim Ministru joffri aktar għajnuna konkreta lill-vapur. Il-Gaza Freedom Flotilla laqgħet ukoll dan l-approċċ.

Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, il-protesta li kellha ssir illum “Let the Conscience In”, skedata għall-5:30pm quddiem Kastilja, tħassret.

Min-naħa tagħhom Graffitti rringrazzaw lil ħafna nies f’Malta li qegħdin juru solidarjetà ma’ din il-missjoni umanitarja u mal-poplu Palestinjan, li bħalissa qiegħed jesperjenza ġenoċidju.

“Se nibqgħu insegwu l-iżviluppi mill-qrib, waqt li nerġgħu ntennu t-talbiet tagħna biex il-Conscience tingħata permess tidħol Malta biex isiru t-tiswijiet meħtieġa qabel tkompli bil-missjoni umanitarja tagħha u biex il-Gvern Malti jikkundanna l-attakk b’drones fuq dan il-bastiment umanitarju,” temmu Graffitti.

Huma fakkru wkoll lil kull min jixtieq juri solidarjetà mal-poplu Palestinjan dwar il-marċ li se jsir nhar il-Ħamis, 15 ta’ Mejju, biex titfakkar in-Nakba – il-Katastrofi. Il-marċ se jsir tul il-kosta ta’ Gżira u jibda fis-6:00 ta’ filgħaxija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport