Sunday, May 5, 2024

Protesta oħra mill-Moviment Graffitti dwar Kemmuna

Aqra wkoll

Il-Moviment Graffitti se jirrikorri għal protesta pubblika oħra f’Kemmuna. Il-Moviment qed isostni li Kemmuna hi ta’ Kulħadd u li l-bajja tal-Blue Lagoon għandha tittieħed lura u ma tibqax maħtufa minn interessi kummerċjali li biddlu din il-bajja f’lido privat. Il-protesta li se ssir nhar is-Sibt 13 ta’ Awwissu.

Il-Moviment Graffitti għadu jisħaq li r-raġuni tas-sitwazzjoni gravi fil-Blue Lagoon hija x-xibka ta’ kummerċ intensiv li ħakmet din il-bajja, mhux id-deckchairs u l-umbrelel biss, iżda wkoll id-dgħajjes kbar (bħal katamarani) li jferrgħu mijiet ta’ turisti u n-numru esaġerat ta’ gabbani kbar li joħolqu skart u storbju insostenibbli. 

Fi żjara oħra li l-Moviment Graffitti għamlu f’Kemmuna ftit tal-ġranet ilu, instab li kienu tneħħew biss il-ftit deckhairs mill-parti żgħira ramlija, filwaqt li l-bqija taż-żona – is-simenta, il-passaġġ u l-bajja ż-żgħira l-oħra – kienu għadhom miksijin deckhairs vojta u umbrelel minn kmieni filgħodu.

Il-Moviment Graffitti sostna li mhux aċċettabbli li ftit persuni għax għandhom il-flus u influwenza politika jieħdu dak li hu tal-pubbliku bi dritt. Lanqas jista jkun aċċettat li dawn il-kumpaniji jkomplu jeqirdu riserva naturali sensittiva sabiex jistgħanew huma.

Il-protesta ser issejjaħ għal miżuri immedjati sabiex tieqaf il-ħsara li qed issir u sabiex din il-bajja terġa’ tingħata lill-poplu.

Sport