Thursday, December 26, 2024

Protesti fl-Italja: Aktar vjolenza f’Milan u Turin dwar ir-restrizzjonijiet imposti kaġun tal-Covid-19

Aqra wkoll

Mijiet ta’ dimostranti lbieraħ niżlu fit-toroq f’Turin, Milan u bliet oħrajn Taljani biex juru l-għadab tagħhom għar-restrizzjonijiet li ġew imposti mill-Gvern Taljan u li se jwasslu biex restoranti u kafetteriji jagħlqu kmieni , filwaqt li swali taċ-ċinema, gyms u postijiet tad-divertiment jingħalqu temporanjament.

F’Turin, uħud mid-dimostranti attakkaw ħwienet u kienu involuti fi ġlied mal-Pulizija fil-pjazza fejn hemm il-kwartieri tal-gvern reġjonali tal-Pjemonte.

Il-midja lokali rrapportat li fotografu li kien fuq il-post indarab wara li ntlaqat minn flixkun mitfugħ. Il-pulizija rrispondew billi tefgħu gass tad-dmugħ fuq id-dimostranti fi Piazza del Castello.

F’dik l-istess pjazza sigħat qabel madwar 300 taxi inġabru b’mod paċifiku biex jiġbdu l-attenzjoni tal-awtoritajiet għat-telf finanzjarju li qed isofru kaġun tal-impatt li l-pandemija kellha fuq it-turiżmu.

Ekonomija

Sport