Thursday, December 26, 2024

Protesti fl-Iżrael wara t-tkeċċija tal-Ministru tad-Difiża

Aqra wkoll

Għexieren ta’ eluf ta’ nies niżlu jipprotestaw fit-toroq ta’ Iżrael wara li l-Prim Ministru Benjamin Netanyahu keċċa lill-Ministru tad-Difiża tiegħu.

Dan l-iżvilupp seħħ wara li Yoav Gallant kien tkellem kontra l-pjanijiet kontroversjali biex is-sistema tal-ġustizzja tiġi riveduta.

F’Ġerusalemm, il-pulizija u s-suldati użaw saħansitra kanuni tal-ilma kontra dimostranti qrib id-dar ta’ Netanyahu.

Kmieni dalgħodu, il-President tal-Iżrael Isaac Herzog sejjaħ lill-gvern biex iwaqqaf ir-riformi. “F’ġieħ l-għaqda tal-poplu ta’ Iżrael, għal raġunijiet ta’ responsabbiltà, nappellalek biex twaqqaf il-proċess leġiżlattiv immedjatament,” qal fuq Twitter. “Għajnejn il-poplu kollu ta’ Iżrael huma fuqek.”

L-Istati Uniti qalet ukoll li kienet imħassba dwar dawn l-iżviluppi u sejħet għal kompromess.

Ir-riformi jinkludi pjanijiet li jagħtu lill-gvern kontroll deċiżiv fuq il-Kumitat li jaħtar l-Imħallfin.

Ekonomija

Sport