Friday, January 9, 2026

Protesti kbar f’diversi bliet Iranjani kontra t-tmexxija tal-pajjiż

Aqra wkoll

Eluf kbar ta’ Iranjani komplew jinżlu fit-toroq jipprotestaw fil-kapitali u anke fi bliet oħrajn kontra t-tmexxija tal-pajjiż. Ħafna qegħdin iqisu dawn il-protesti bħala l-akbar li qatt saru f’ħafna snin.

S’issa d-dimostrazzjonijiet kienu paċifiċi u ma ġewx imwaqqfin mill-forzi tas-sigurtà tal-pajjiż. Dan hu mod differenti ta’ kif kienu jsiru l-protesti fl-Iran hekk kif mill-ewwel kienu jiġu mwaqqaf mill-pulizija u suldati.

Tard matul il-ġurnata tal-bieraħ il-midja internazzjonali bdiet tirraporta li l-awtoritajiet Iranjani kienu qatgħu għal kollox is-servizz tal-Internet u anke tal-mobiles. B’dan il-mod kien diffiċli ferm għal midja internazzjonali biex tkompli tagħti aktar tagħrif dwar x’inhi jiġri fil-pajjiż.

Intant filmati li xxandru online juru dimostranti jkissru u jwaqqgħu statwa kbira tal-Mexxej Suprem Ayatollah Ali Khamenei. Bil-forzi tal-ordni mad-dimostranti ma jieħdu l-ebda azzjoni ħafna qegħdin jinterpretaw din il-mossa bħala li t-tmexxija Iranjana waslet fi tmiemha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport