Sunday, December 22, 2024

Protesti kbar Fl-Ewropa kontra l-invażjoni Russa tal-Ukrajna

Aqra wkoll

Fi bliet ewlenin madwar l-Ewropa kollha u madwar id-dinja nhar il-Ħadd li għadda saru protesti kbar kontra l-gwerra fost reazzjoni globali għall-invażjoni brutali tar-Russja fl-Ukrajna.

Mijiet ta’ eluf – u possibilment miljuni – ta’ dimostranti mxew bi protesta kontra l-attakk Russu, fi bliet li jestendu minn Berlin u Baghdad sa Quito u Kopenħagen.

L-Ewropa tal-Lvant kienet ukoll miżgħuda b’dimostranti, inklużi bosta attivisti kuraġġużi fir-Russja stess li qed jiġu arrestati bil-mijiet tagħhom kuljum.

F’Londra, eluf inġabru fi pjazza Trafalgar nhar il-Ħadd wara li d-dimostranti nġabru barra l-ambaxxata Russa f’Kensington nhar is-Sibt meta raġel ingħata daqqa ta’ ponn għax kien qed iġorr bandiera Russa.

Dimostrazzjonijiet oħra saru fi Praga, Madrid u Amsterdam fost bliet oħra, b’ħafna mid-dimostranti lebsin il-kuluri blu u isfar tal-bandiera tal-Ukrajna. F’idhom ġarrew u posters bi kliem “Le għat-tielet gwerra dinjija”, “Putin qattiel” u “Waqqfu lil dan il-monstru” Fil-kapitali Ġermaniża, Berlin, mill-inqas 100,000 ruħ ipprotestaw filwaqt li Praga ġibdet 70,000 u Amsterdam 15,000. 

Intant, fit-tieni l-ikbar belt tar-Russja, San Pietruburgu, madwar 400 persuna nġabru bi sfida għal-liġijiet stretti kontra l-protesti, u żammew posters kontra l-gwerra u kif ukoll iħeġġu lit-truppi Russi jirtiraw u l-jħallu l-paċi ssaltan fl-ukrajna.

Il-pulizija Russi, b’ilbies u tagħmir sħiħ kontra l-irvellijiet qabdu xi wħud mid-dimostrant kaxkruhom fil-vannijiet tal-pulizija, minkejja li d-dimostrazzjonijiet kienu paċifiċi.

Aktar minn 2,000 persuna ġew arrestati f’dimostrazzjonijiet madwar il-pajjiż nhar il-Ħadd wara eluf ta’ arresti oħra li saru din il-ġimgħa. Filmati saħansitra minn Moska wrew kif il-pulizija bdew jitfgħu dimostranti nisa fl-art qabel ma arrestawhom u kaxkruhom fil-vannijiet.

Ekonomija

Sport