Sunday, June 15, 2025

Protesti tal-massa kontra Trump madwar l-Istati Uniti 

Aqra wkoll

F’diversi bliet u rħula madwar l-Istati Uniti seħħew protesti kontra l-President Donald Trump, liema protesti kienu organizzati minn grupp imsejjaħ “No Kings”. 

Dawn id-dimostrazzjonijiet seħħew b’reazzjoni għall-parata militari li saret minn Trump f’Washington DC u wara jiem ta’ protesti f’Los Angeles u bnadi oħra dwar il-policies tiegħu fuq l-immigrazzjoni.

Leġiżlaturi, mexxejja ta’ unjins u attivisti għamlu diskorsi fi bliet fosthom New York, Philadelphia u Houston quddiem folol ta’ nies li kienu qed ixejru bnadar Amerikani u kartelluni li jikkritikaw lil Trump.

Il-parata militari tas-Sibt filgħaxija, li kienet ukoll għeluq snin Trump, kienet ippjanata biex tiċċelebra l-250 anniversarju tal-Armata tal-Istati Uniti. Huwa wissa li kwalunkwe protesti fil-parata kienu se jintlaqgħu b’“forza qawwija”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport