F’Melbourne saru protesti vjolenti kontra il-lockdown, f’liema protesti weġġgħet Pulizija mara li kellha tiddaħħal l-isptar, waqt li mijiet ta’ protestanti kienu arrestati. Il-Pulizija fi stqarrija qalu li s-Surġent mara kellha idejha miksura u dan waqt il-protesti vjolenti li saru.
Il-Pulizija qalu li jinsabu ddiżappuntati minħabba li għadd kbir ta’ protestanti ġew jaqgħu u jqumu mis-sigurtà ta’ pesuni oħra u ma segwewx l-istruzzjonijiet li kienu nħarġu mill-awtoritajiet tas-saħħa. B’kollox ġew arrestati aktar minn 400 persuna u nħarġu 395 ċitazzjoni għal offiżi minħabba li ma ntlibsux maskri u kontravenzjonijiet oħrajn.