Sunday, December 22, 2024

“Prova b’saħħitha ta’ kemm nisimgħu u nistmaw lill-klijenti tagħna”

Il-Coconut Milkshake mill-ġdid fuq l-ixkafef tal-ħwienet minn għada

Aqra wkoll

Wara tant stennija, minn għada l-Malta Dairy Products, produtturi tal-ħalib frisk fost prodotti oħra magħmulin mill-ħalib, se jkunu qegħdin jerġgħu jintroduċu fis-swieq l-Coconut milkshake. Dan se jkun qiegħed isir wara tant domanda wara li dan il-prodott kien introdott għal perjodu ta’ żmien fl-2017.

Fi stqarrija maħruġa mill-MDP intqal li din hija prova b’saħħitha ta’ kemm bħala kumpanija jieħdu bis-serjetà t-talbiet tal-klijenti tagħha li fl-aħħar xhur talbu li dan il-prodott jirritorna fis-swieq lokali. L-istqarrija tkompli li  dan il-prodott jikkumplimenta ż-żmien li fih qiegħed jiġi introdott mill-ġdid dan il-prodott frisk.

Il-Benna hija kommessa li tipproduċi ħalib pasturizzat u prodotti friski u lokali ta’ kuljum fl-istabbilimenti kollha madwar Malta u Għawdex.

Dawn il-prodotti huma magħmulin mill-ħalib frisk li jipproduċu ta’ kuljum ir-raħħala li hawn mifruxin fi 86 razzett maqsumin bejn Malta u Għawdex.

Il-ħalib jasal fil-fabbrika tal-Benna ftit sigħat wara l-ħlib u minn hemm jiskatta minnufih il-proċess biex il-ħalib jiġi pasturizzat, omoġenizzat u preparat biex jitqassam għall-konsum f’anqas minn 24 siegħa.

Ekonomija

Sport