Tuesday, December 24, 2024

Provi ġodda jissuġġerixxu li l-COVID-19 bdiet tinfirex fl-Italja qabel ma ġew irrapportati l-ewwel każi fiċ-Ċina

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

L-Istitut Nazzjonali tas-Saħħa Taljan analizza ilma tad-drenaġġ minn Milan u Turin u sab traċċi tal-virus f’kampjuni mit-18 ta’ Diċembru. 

F’dan l-istudju, ix-xjenzati eżaminaw kampjuni minn 40 fossa tad-drenaġġ li nġabru minn impjant fiż-żoni bejn Ottubru u Frar. Il-kampjuni ta’ Ottubru u Novembru ma kellhom ebda traċċi tal-virus. 

Madankollu, l-ewwel każi rrapportati fl-Italja kienu dawk f’nofs Frar, filwaqt li dawk li ġew irrapportati fiċ-Ċina kienu f’Diċembru. 

L-esperta Giuseppina La Rosa qalet li dak li sabu jista’ jgħin lix-xjenzati biex jifhmu kif inxtered il-virus fl-Italja. Spjegat li dak li sabu ma kienx ifisser li t-trażmissjoni li wasslet għall-epidemija fl-Italja oriġina minn dawn il-każi. 

Ta’ min wieħed ifakkar li fl-Italja mietu aktar minn 34, 500 persuna minn dan il-virus – ir-raba’ l-akbar numru ta’ mwiet fid-dinja. 

Ekonomija

Sport