Paris St-Germain qablu ftehim biex ibigħu lill-attakkant tal-Brażi, Neymar, lill-club tal-Pro League Saudi Al-Hilal għal ħlas mifhum li hu ta’ madwar €90 miljun flimkien ma’ bonus addizzjonali.
It-trasferiment huwa suġġett it-test mediku u l-formalitá tal-iffirmar tad-dokumenti.
Neymar, 31 sena, li ngħaqad ma’ PSG għal ħlas rekord dinji ta’ €222 miljun fl-2017, tilef il-ftuħ tal-Ligue 1 nhar is-Sibt.
Hu ma kienx parti mill-pjani tal-kowċ Luis Enrique għall-istaġun il-ġdid. Allegatament Neymar kien li qed jaqla’ madwar € 25 miljun fis-sena mal-Pariġini.
L-aħbar tal-ftehim ta’ Neymar tasal biss 24 siegħa wara li Kylian Mbappe reġa’ ġie integrat lura fit-taħriġ tal-ewwel team ta’ PSG wara taħditiet pożittivi mal-club.
L-attakkant ta’ Franza, ta’ 24 sena, kien f’qagħda ta’ kuntratt fost ix-xewqa li jingħaqad ma’ Real Madrid iżda issa jista’ jestendi l-kuntratt tiegħu ma’ PSG, bil-ftehim attwali tiegħu se jiskadi fis-sajf li ġej.
Ix-xahar li għadda, PSG taw permess lil Al-Hilal biex jitkellem ma’ Mbappe wara li l-club Sawdi għamel offerta rekord dinji ta’ €259 miljun.