Tuesday, June 10, 2025

PSG u Bournemouth f’taħditiet dwar Illia Zabarnyi

Aqra wkoll

It-taħditiet bejn Paris St Germain u Bournemouth għat-trasferiment ta’ Illia Zabarnyi biex imur jilgħab fil-belt kapitali Franċiża donnhom weħlu, dejjem skont diversi siti elettroniċi Ingliżi.

Ir-rebbieħa taċ-Champions League kienu ħerqana li jakkwistaw is-servizzi tal-plejer internazzjonali mill-Ukrajna b’Bournemouth li qed jitolbu €70 miljun għalkemm il-Pariġini qed jitolbu li jitnaqqsu €20 miljun.

Zabarnyi għandu 22 sena u jilgħab bħala difensur ċentrali. Hu lagħab 78 logħba maċ-Cherries u skorja gowl wieħed biss.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport