Wednesday, January 14, 2026

Psikjatra jgħid li Azzopardi kien fi stat paranojku l-għada tad-delitt ta’ Borg

Aqra wkoll

Il-psikjatra Joe Cassar qal li Noel Azzopardi kien jinsab fi stat ta’ paniku meta ġie eżaminat minnu fit-2 ta’ Jannar tal-2024 l-għada li allegatament qatel lil Eric Borg fir-Rabat Malta.

Hu kien qiegħed jixhed fil-ġurin li qiegħed isir bħalissa quddiem l-Imħallef Neville Camilleri fejn il-ġurati għandhom id-dover li jistabilixxu jekk Azzopardi kienx f’sensih meta spara u qatel lill-vittma skont kif qiegħed jiġi akkużat.

Dr Cassar kien tqabbad mill-Pulizija biex jiddetermina jekk l-akkużat kienx f’qagħda mentali li jiġi interrogat. Fix-xhieda tiegħu Dr Cassar kien ikkonkluda li Azzopardi kien ‘fit for interrogation’, li kien fi stat li tista’ titkellem miegħu u jifhem it-tajjeb u l-ħażin.

Il-psikjatra kontra jispjega li dwar il-qagħda mentali tal-imputat jekk hux kapaċi jwieġeb għall-akkużi ried isir eżerċizzju differenti minħabba li meta kellmu hu kien fi stat ta’ paranojku.

Spġjega quddiem il-Qorti li waqt l-eżaminazzjoni Azzopardi spjegalu kif fil-jum tad-delitt lemaħ karozza ħdejn l-għalqa, niżżel il-ħġieġa tal-karozza li kien fiha u l-vittma allegatament qallu li jerġa’ jitkessaħ jpattihielu.

Żied jgħid li l-imputat qallu li kien jaf li spara lejn Borg u dak kollu li wettaq għax illum ew għada kien se jagħmillu xi ħaġa waqt li semmielu kif darba ra lil xi ħadd f’karozza jiċċassa lejh.

Fix-xhieda tiegħu Dr Cassar qal li l-imputat kien qallu li kien imur għand psikjatra kull 4 xhur u qallu wkoll li għamel żmien jieħu pillola waħda kuljum, iżda dak iż-żmien ma kienx għadu qiegħed jieħu l-istess pilloli.

Żied li Azzopardi qallu li l-ħsibijiet ta’ dwejjaq kienu żdidulu fl-aħħar sentejn u kellu ħsibijiet suwiċidali waqt li ta’ 13-il sena kien operat għal tumur.

Dr Cassar spjega quddiem il-Qorti li Azzopardi stqarr miegħu li kienu jisma vuċiija meta ma kien ikun hemm ħadd u daħħalha f’rasu li xi ħadd ried iweġġgħu waqt li kompla li kien hemm evidenza ta’ paranojja fi ħsibijiet Azzopardi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport