Saturday, December 21, 2024

Psikjatra jikkonferma li Abner semma’ lil Dembska qalb kliem oxxen f’Monte Carmeli

Aqra wkoll

11:30 a.m: Il-psikjatra tenna li Aquilina ċaħad li kien marid mentalment u qal li ma kellux għalfejn ikun miżmum Monte Carmeli. 

L-Avukat Stefano Filletti, li qed jidher għall-familjari tal-vittma, staqsa lix-xhud jekk l-imputat kienx semma lil Dembska waqt din ix-xenata, b’Dr Saliba jikkonferma dan u jżid li Aquilina qal “kliem oxxen.” 

Intant, Dr Filletti qal lill-Qorti li jekk l-imputat se jiġi rilaxxat minn Monte Carmeli, il-Qorti għandha tagħmel seduta kemm jista’ jkun qrib dik id-data biex tkun evitata sitwazzjoni oħra bħal dik tal-lum. 

Il-Qorti ssospendiet is-seduta biex tagħti d-deċiżjoni tagħha dwar it-triq ‘il quddiem.

Il-Prosekuzzjoni qiegħda titmexxa mill-Avukati Anthony Vella u Darlene Grima mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali megħjuna mill-Ispetturi Shawn Pawney, Wayne Camilleri u Jonathan Ransley. 

L-Avukat Stefano Filletti qed jidher għall-familja ta’ Paulina Dembska. L-Avukat Mario Mifsud qed jidher għal Abner Aquilina.

10:45 a.m: “Irrifjuta l-mediċini u qal li kellu l-poter iniżżilna għarkupptejna” – Psikjatra

“Abner Aquilina kien iddaħħal it-Taqsima Forensi tal-Isptar Monte Carmeli wara li tressaq il-Qorti. Huwa ddaħħal fit-13 ta’ Jannar u kien rilaxxat fl-24 ta’ Jannar, waqt li kien għadu taħt il-kura tiegħi.

Aquilina mbagħad ittieħed Kordin.” Dr Saliba qal li Aqulina kien qed juri sinjali ta’ psikożi fl-Isptar Monte Carmeli. Qal ukoll li huwa kien qed jingħata mediċini, anke meta ddaħħal il-ħabs.

Sostna li lbieraħ, Aquilina rrifjuta li jieħu l-mediċina, qaxxar xagħru u qal li kellu ‘x-xitan ġo fih’. Huwa qal li rah dalgħodu u sabu kompletament għarwien u beda jgħid li kellu l-poteri biex iniżżilhom għarkupptejhom.

10:00 a.m: Abner indispost għall-Qorti… jerġa’ jiddaħħal f’Monte Carmeli

Quddiem il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni kontra Abner Aquilina ta’ 20 sena miż-Żejtun li jinsab mixli bil-qtil u l-istupru ta’ Paulina Dembska. 

Intant fis-seduta nstema’ kif ilbieraħ waranofsinhar il-Qorti ġiet infurmata li Aquilina ma setax jattendi għax kellu jerġa’ jiddaħħal fl-Isptar Monte Carmeli.

Il-Qorti kienet infurmata li se jkun qiegħed jinħareġ ċertifikat mediku li jikkonferma li Aquilina ma setax jattendi.

Tela’ jixhed it-tabib Dr Joseph Saliba li jaħdem bħala psikjatra, huwa d-direttur kliniku tat-Taqsima Forensi tal-Isptar Monte Carmeli u ta’ Kordin.

Aktar qabel…

Fl-aħħar seduta tal-21 ta’ Jannar, kien ħareġ fost oħrajn mix-xhieda tal-Ispettur Jonathan Ransley li l-akkużat kien stqarr mal-pulizija li l-film ‘A Clockwork Orange’ kien jiddeskrivi l-ħajja tiegħu. L-Ispettur qal ukoll li Abner kien qalilhom li ‘x-xitan kien qallu biex jagħmel waħda’. 

Il-Prosekuzzjoni qiegħda titmexxa mill-Avukati Anthony Vella u Darlene Grima mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali megħjuna mill-Ispetturi Shawn Pawney, Wayne Camilleri u Jonathan Ransley. 

L-Avukat Stefano Filletti qed jidher għall-familja ta’ Paulina Dembska. L-Avukati Mario Mifsud u Christian Camilleri qegħdin jidhru għal Abner Aquilina.

Ekonomija

Sport