Wednesday, July 24, 2024

Psikjatra mixli bi vjolenza domestika

Aqra wkoll

Psikjatra tressaq fil-Qorti mixli b’akkużi li huwa mifhum li huma relatati ma’ vjolenza domestika.

In-nuqqas ta’ kjarezza fl-akkużi u ċ-ċirkostanzi marbuta mal-każ kienu dovuti għall-fatt li l-membri tal-istampa kellhom joħorġu barra mill-awla tal-Maġistrat Lara Lanfranco.

L-imputat tressaq fil-Qorti b’ċitazzjoni mill-Ispettur Sherona Buhagiar. Iżda qabel ma bdiet is-seduta u għalhekk qabel inqraw l-akkużi, il-Maġistrat oġġezzjonat li l-membri tal-istampa jkunu preżenti.

“M’iniex komda li l-ġurnalisti jkunu preżenti għal każi ta’ vjolenza domestika,” qalet il-Maġistrat. L-Avukat Difensur Frank Anthony Tabone qal li “fil-fatt konna se nitolbu għal divjet fuq il-pubblikazzjoni tal-isem tal-imputat”.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija wkoll mill-Avukat Ramon Bonett Sladden, mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, m’oġġezzjonatx għal din it-talba.

Kien hawn fejn il-ġurnalisti kienu ordnati joħorġu mill-awla u l-każ instema’ fil-magħluq.

L-Avukat Arthur Azzopardi qed jidher għall-imputat.

Ekonomija

Sport