PSV Eindhoven qed jaħsbu sabiex iġibu fuq bażi ta’ self lill-midfielder offensiv ta’ AC Milan Charles de Ketelaere. Dan tal-aħħar għandu 22 sena u mar-Rossoneri mhux li tant ibbrilla tant li qatt ma rnexxielu jiskorja gowl fi 32 dehra.
L-għażla ta’ PSV tista’ tkun li jmur magħhom bħala self, aktar u aktar għax il-budget finanzjarju tagħhom diġa’ kważi spiċċa wara li akkwistaw lil Pepi u Noa Lang.
De Ketelaere għamel żmien ukoll jilgħab ma’ Club Brugge fil-Belġju.