Wednesday, October 9, 2024

PUCCINI – Anniversary Concert

Aqra wkoll

Fl-okkażjoni tal-100 sena mill-mewt ta’ Giacomo Puccini, il-Fundazzjoni Classique ser tippreżenta’ PUCCINI – Anniversary Concert nhar is-Sibt, 16 ta’ Novembru 2024 fid-7.30 ta’ filgħaxija ġewwa t-Teatru Astra, Victoria, Għawdex.

Fil-kunċert ser jieħdu sehem kantanti ta’ fama mondjali li jinkludu t-tenur Amerikan Gregory Kunde li huwa fost l-aqwa kantanti fix-xena bħalissa u s-sopran Taljana Erika Grimaldi li hija waħda mill-aktar sopran liriċi mfittxija fl-Ewropa bħalissa. L-Malta Philharmonic Orchestra ser tkun taħt id-direzzjoni ta’ Joseph Debrincat li huwa isem stabbilt fix-xena kulturali lokali u fl-istudji Puccinjani.

PUCCINI 100 – Anniversary Concert ser jinkludi fost l-aktar arji, dwetti u mużika strumetali famużi mill-opri ċelebri bħal Manon Lescaut, Tosca, Madama Butterfly, La Fanciulla del West, Suor Angelica, u Turandot. Ser tindaqq ukoll silta mużikali għall-ewwel darba ġewwa l-gżejjer Maltin.

Booking miftuħ u biljetti jistgħu jinkisbu online www.teatruastra.org.mt

Dan il-kunċert huwa ssapportjat mid-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ppjanar, Visit Malta, Teatru Astra, NDSF u l-Fond għall-Kawżi Soċjali.

Sport