Wara l-logħba brillanti kontra l-Udinese Christian Pulisic wera t-teknika u l-kwalità tiegħu anke għax irnexxielu jiskorja doppjetta . Il-plejer Amerikan wieġeb lill-kritiċi u ta lil Milan rebħa vitali, importanti kemm għall-klassifika kif ukoll għall-moral.
Pulisic issa għandu 36 gowl u 20 assist ma’ AC Milan, u hu l-ewwel plejer li skorja mill-inqas 25 gowl u ta 15-il assist fl-aħħar tliet staġuni tas-Serie A. I Rossoneri iridu jġeddulu l-kuntratt, iżda l-proċess għadu wieqaf u m’hemmx laqgħat ippjanati mal-aġent tiegħu.