Friday, December 13, 2024

Pulizija jarresta żewġ persuni b’rabta ma’ serqa

Aqra wkoll

Azzjoni f’waqtha ta’ Kuntistabbli tal-Pulizija wasslet għall-arrest ta’ żewġ persuni li nqabdu fil-fatt jisirqu minn vettura pparkjata fi Triq Karmenu Micallef Buhagiar, Ħaż-Żebbuġ. 

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-9.00 p.m. waqt li l-pulizija kien qiegħed jagħmel ronda b’rabta ma’ rapporti ta’ serq li seħħew fl-aħħar ġimgħat minn vetturi f’Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi.

Huwa nnota raġel u mara li dehru suspettużi, u ftit wara sgassaw vettura u daħlu fiha. Kien hawn li l-kuntistabbli avviċina l-vettura u arresta liż-żewġ persuni, raġel ta’ 50 sena residenti s-Siġġiewi u mara ta’ 46 sena residenti Tas-Sliema. 

Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li ż-żewġ persuni, fl-aħħar jiem, allegatament wettqu numru ta’ serqiet simili. Huma ttieħdu l-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Floriana għal aktar stħarriġ. 

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin

Ekonomija

Sport