Saturday, July 26, 2025

Pulizija Maltin jassistu fil-Baħar l-Iswed 

Aqra wkoll

Erba’ pulizija bħalissa qegħdin jassistu f’operazzjoni tal-Frontex fil-Baħar l-Iswed, ‘il barra millKosta tar-Rumanija. Surġent u tliet kuntistabblijiet jinsabu stazzjonati hemmhekk bejn id-9 ta’ Lulju u l-1 ta’ Ottubru. Din hija l-ewwel darba li uffiċjali Maltin qegħdin jieħdu sehem f’operazzjonijiet fuq il-baħar barra minn Malta. 

Hija wkoll l-ewwel darba li l-Frontex qiegħda tagħmel din it-tip ta’ operazzjoni, fejn il-Pulizija Maltin ingħaqdu ma’ uffiċjali mill-Portugall, mill-Italja, mill-Greċja, mil-Latvja u mir-Rumanija. Waqt din l-operazzjoni tal-Frontex, l-uffiċjali Maltin u dawk barranin qegħdin jagħmlu rondi bejn il-Portijiet ta’ Constanta u ta’ Mangalia, fir-Rumanija, li jinsabu qrib il-fruntiera malBulgarija, permezz ta’ bastiment tal-Pulizija. 

Fl-2022, il-Korp tal-Pulizija inawgura żewg bastimenti zgħar (RHIBS) li kienu nxtraw blgħajnuna ta’ fondi mill-Unjoni Ewropeja, fejn ġie ffirmat ftehim biex ekwipaġġ Malti, bl-użu tar-RHIBS, jieħu sehem f’operazzjonijiet immexxija mill-Frontex f’ibħra barra minn Malta, skond kif ikun meħtieġ.

Waqt dawn ir-rondi fil-Baħar l-Iswed, il-Pulizija Maltin qegħdin fost oħrajn jispezzjonaw bastimenti u jiċċekkjaw id-dokumenti tal-ekwipaġġi; jgħaddu informazzjoni fuq bastimenti hekk kif ikun mitlub mill-Coast Guard Rumena; jassistu l-Coast Guard Rumena waqt operazzjoni ta’ salvataġġ f’każ ta’ bżonn; kif ukoll iwettqu spezzjonijiet mad-Dipartiment tasSajd Rumen. Bħala parti mir-rutina ta’ kuljum tiġi mgħassa l-fruntiera bejn ir-Rumanija u lBulgarija bħala deterrent għat-traffikar illegali ta’ sustanzi kif ukoll ta’ persuni, l-aktar mit-Turkija.

L-uffiċjali Maltin qegħdin jingħataw ukoll taħriġ mill-Frontex fuq apparat sofistikat, fosthom drones li jistgħu jittajru mill-ilma u apparat li jista’ jintuża bil-lejl fuq il-baħar, kif ukoll apparat ta’ salvataġġ illi jitħaddem b’remote control (remote life buoy) sabiex jassisti persuna f’diffikultà mingħajr il-ħtieġa li uffiċjal jinżel fil-baħar.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport