Pulizija midruba waqt arrest fil-Belt Valletta

Aqra wkoll

Illum, għall-12.30pm, pulizija li kienu għaddejjin bil-vettura tas-servizz fi Triq San Mark, il-Belt Valletta, twaqqfu minn xi persuni u kienu nfurmati li hemm argument bejn żewġt irġiel Maltin.

Minnufih il-Pulizija niżlu mill-vettura fejn sabu li ż-żewġ persuni involuti fi Triq San Patrizju, illi waqt l-argument, qabżu għoli ta’ madwar nofs sular, minn fuq il-bankina għal taħt il-livell tat-triq.

Waqt li l-pulizija kienu qegħdin jassistu, wieħed mill-irġiel li għandu 32 sena u residenti l-Imsida, beda jkun agressiv mal-pulizija. Waqt li kien qed jiġi mmanetjat, huwa ħebb għall-istess uffiċjali – Spettur u żewġ kuntistabblijiet – bil-konsegwenza li l-Ispettur intlaqat f’rasu.

Fl-istess ħin intalbet aktar assistenza tal-pulizija bir-raġel jiġi arrestat ftit l-isfel minn fejn seħħ l-argument, filwaqt li l-persuna l-oħra involuta, raġel ta’ 45 sena residenti l-Belt Valletta, ukoll ġie arrestat minn fuq il-post. Iż-żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanzi fejn ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi.

Aktar tard l-Ispettur tal-Pulizija ttieħed l-Isptar Mater Dei, waqt li wieħed mill-kuntistabbli ttieħed għal kura f’Ċentru tas-Saħħa u l-Pulizija l-ieħor ma weġġax.

L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport