Friday, November 14, 2025

Pulse bl-10 rebħa konsekuttiva fil-Junior College

Aqra wkoll

Għal 10 sena konsekuttiva, l-għaqda studenteska Pulse rebħet l-elezzjonijiet fil-Junior College.

Fl-elezzjoni li saret matul il-jum tal-lum, Pulse kisbet maġġoranza assoluta, hekk kif eleġġew tmin siġġijiet minn tmienja fil-Kunsill tal-Istudenti Junior College, KSJC.

Amjad Zina se jmexxi ta’ dan il-kunsill. Miegħu hemm: Rowan Schembri, Martina Sammut, Kym Kelly Debono, Salvu Pecorella, Mauro Mifsud, Starr Scicluna u Matthias Balzan.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport