Fl-aħħar sigħat, membri tal-protezzjoni ċivili ġew mgħarrfa li ntilfu żewġt iklieb fl-inħawi ta’ rdum viċin l-Imtaħleb. Grupp ta’ pumpieri bdew it-tfittxija fix-Xemxija bil-għan li jilmħu l-klieb.
Mal-ħin, sid il-klieb irnexxielu jsibhom u t-tfittxija waqfet hemm. Huma kienu jinsabu mifluġa.

Membri tal-protezzjoni ċivili reġgħu ssejħu sabiex jassistu f’dan il-każ. Huma wasslu l-klieb f’ambulanza tal-animal welfare sabiex jingħataw attenzjoni medika mingħand veterinarju.