Uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll mill-Armata lbieraħ filgħaxija kienu msejħa biex jintervjenu f’lukanda f’Tas-Sliema f’inċident mhux tas-soltu.

Dan seħħ meta żewġ liquid nitrogen dewars, li huma kontenituri li jintużaw biex ikessħu malajr, ma setgħux jinfetħu minħabba li kien hemm żieda fil-pressjoni fihom.
Uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili minn żewġ stazzjonijiet tat-tifi tan-nar marru fil-lukanda flimkien ma’ suldati mit-taqsima EOD biex ineħħu kull periklu.
Iż-żewġ timijiet ħadmu flimkien biex naqqsu l-pressjoni fiċ-ċilindri u b’hekk evitaw li din tiżdied b’periklu għall-impjegati fil-kċina.

