Saturday, November 16, 2024

Purċissjonijiet bil-Bambin jistgħu jsiru skont il-protokolli

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fearne jsostni li l-booster huwa s-soluzzjoni kontra l-Omicron

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha ħabbar flotta ġdida ta’ ambulanzi għall-Isptar Mater Dei id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne tkellem dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna.

Fearne qal li bħalma jaf kulħadd bħalissa l-virus tal-Omicron qiegħed jinkwieta lil bosta mexxejja hekk kif ir-rata li biha qiegħed jinfirex, fil-jiem li ġejjin se jkun il-varjant l-aktar dominati tal-Covid-19 fid-dinja. Huwa spjega li l-agħar li qegħdin ibatu huma dawk il-pajjiżi b’rata baxxa ta’ tilqim, u dawk li neħħew il-miżuri ta’ restrizzjonijiet kmieni. 

Il-Ministru tas-Saħħa f’pajjiżna qal li minkejja żieda fil-każi ġodda f’pajjiżna, s’issa s-sitwazzjoni fl-Isptarijiet tagħna hija taħt kontroll. “S’issa m’għandniex każi tal-Omicron f’pajjiżna. Qegħdin nistennew li jekk ma jkunx jew illum, jew għada jew il-ġimgħa li ġejja, fil-jiem li ġejjin ikollna l-ewwel każi tal-varjant bħal bqija tad-dinja. L-unika soluzzjoni huwa l-booster”, kompla Fearne.

Huwa tkellem dwar il-komunikat mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini li wasal fl-aħħar sigħat li jgħid li persuni li ħadu doża waħda tal-vaċċin Johnson & Johnson, irrakomandat li dawn jitlaqqmu wara xahrejn. Kien suġġerit li dawk li tlaqqmu bil-Johnson & Johnson jieħdu l-booster bl-istess ditta ta’ tilqima, iżda dawk li diġà ħadu l-booster b’ditta oħra dawk huma siguri wkoll.

Rigward it-tfal, Fearne qal li sa issa bdew jitlaqqmu dawk l-aktar vulnerabbli, iżda fil-jiem li ġejjin se jibdew jitlaqqmu l-bqija tat-tfal. Huwa appella lill-ġenituri biex iżommu l-appuntamenti tagħhom biex uliedhom ukoll ikunu protetti minn dan il-virus.

Tkellem ukoll dwar l-influwenza u li minkejja li s’issa ma kellniex il-mewġa tagħha, il-Ministru appella biex il-pubbliku jibqa’ jitlaqqam, issa anke permezz ta’ servizzi ta’ walk in clinics biex inkunu kemm jista’ jkun preparati f’każ tal-mewġa tal-influwenza.

“Xtaqt ngħid kelma żgħira fuq il-purċissjoni tal-Milied. Kellna ħafna paroli, diskursati fuq il-midja soċjali u jien inħoss li dawn huma importanti wkoll. Jiena kont għedt li dawn jistgħu jsiru bl-istess protokolli u b’hekk il-purċissjonijiet tal-Bambin jistgħu jsiru sakemm in-numru jkun limitat, dawk li jattendu jkunu mlaqqmin u bil-maskra”, spjega l-Ministru Fearne.

Ekonomija

Sport