Saturday, May 4, 2024

Pustiera Taljana ssofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku fix-Xlendi

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta ta’ nofsinhar meta pustiera Taljana, iżda residenti l-Munxar kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Puniċi fix-Xlendi.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Yamaha Crypton misjuq minn mara ta’ 24 sena u Nissan Qashqai misjuqa minn raġel ta’ 71 sena. Iż-żewġ sewwieqa huma residenti l-Munxar stess.

Jirriżulta li għal xi raġuni l-anzjan li kien qiegħed isuq il-karozza rriversja fuq il-mutur tal-pustiera u mad-daqq hi spiċċat mal-art bi ġrieħi gravi.

Is-sewwieq tal-mutur ingħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn se tkun qiegħda tinżamm għal aktar kura u osservazzjoni.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport