Sunday, November 24, 2024

Putin bi twissija ċara għal min jipprova jintervjeni fl-Ukrajna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-President Russu Vladimir Putin wissa li kwalunkwe pajjiż li jintervjeni fl-invażjoni li għaddejja fl-Ukrajna se jkun qiegħed jingħata rispons f’qasir żmien min-naħa tar-Russi.

Waqt li kien qiegħed jindirizza lill-membri parlamentari Russi huwa qal li, “jekk xi ħadd barrani jipprova jintervjeni fl-Ukrajna r-rispons tagħna se jkun wieħed immedjat”.

Putin kompla biex jgħid li pajjiżu għandu l-għodda kollha sabiex jirrispondi. Huwa qal li mhux il-każ li joqgħod jiftaħar bihom, iżda li se jkun qiegħed jagħmel użu minnhom jekk ikun hemm bżonn.

Għalkemm fil-qosor u mingħajr ma ta ħafna dettalji, il-mexxej Russu żied jgħid li diġà ttieħdet deċiżjoni dwar x’se jkun jinkludi dan ir-rispons f’każ li jkun hemm bżonn, iżda ma tax aktar dettalji dwar dan.

Sport