Tuesday, December 24, 2024

Putin f’laqgħa mal-eks kmandant tal-Wagner Andrei Troshev

Aqra wkoll

Il-President Russu Vladimir Putin iltaqa’ ma’ wieħed mill-eks-kmandant tal-grupp Wagner, Andrei Troshev. Troshev huwa l-eks assistent tal-mibki Kap tal-Wagner Yevgeny Prigozhin, li nqatel meta waqa ajruplan li hu kien fuqu f’Awwissu li għadda.

Il-mewt tiegħu seħħet biss xahrejn wara li t-truppi ta’ Wagner imxew fuq Moska. Fil-laqgħa li kellhom flimkien, il-President Putin talab lis-Sur Troshev biex jissorvelja l-unitajiet tal-ġellieda voluntiera fl-Ukrajna. 

Meta indirizza lis-Sur Troshev, il-President Putin għamel referenza għall-Ukrajna, fejn qal li l-unitajiet volontarji jistgħu jwettqu diversi kompiti ta’ ġlieda, speċjalment fiż-żona ta’ operazzjoni militari speċjali. 

F’kumment li ta lil midja internazzjonali, il-kelliem tal-Kremlin Dmitry Peskov qal li preżentament is-Sur Troshev qed jaħdem fil-Ministeru tad-Difiża. Il-laqgħa bejn Putin u Troshev saret, hekk kif is-Sur Putin qed jipprova jerġa’ jsaħħaħ l-awtorità tiegħu. 

Ekonomija

Sport