Monday, December 23, 2024

“Putin huwa kriminal tal-gwerra” – Joe Biden

Aqra wkoll

Skont sorsi infurmati, ilbieraħ kienet l-ewwel darba li l-President Amerikan Joe Biden sejjaħ lill-President Russu Vladimir Putin “kriminal tal-gwerra”. 

Is-Segretarju tal-White House Press Jen Psaki meta ntalab jgħaddi r-rimarki tiegħu, huwa qal li Biden ibbaża l-opinjonijiet tiegħu fuq dak li ra fuq l-aħbarijiet, li huma: “Azzjonijiet barbari mwettqa minn dittatur brutali”. Psaki stqarr li hemm proċess legali li se jkun qed jiddetermina jekk Putin marx kontra l-liġi internazzjonali u jekk wettaqx krimini tal-gwerra.

Biden ħabbar li se jkun qed jagħti $800 miljun f’assistenza għas-sigurtàlill-Ukrajna — b’hekk il-kontribuzzjoni Amerikana lejn dan il-pajjiż f’din l-aħħar ġimgħa se tkun qabżet il-biljun dollaru Amerikan. Barra minn hekk, l-Amerka se tkun qed tipprovdi numru ta’ munizzjon lill-Ukreni kif ukoll drones.

Ekonomija

Sport