Thursday, December 26, 2024

Putin iħabbar ‘operazzjoni militari speċjali’ fir-reġjun ta’ Donbas fl-Ukrajna

Aqra wkoll

Il-President Russu Vladimir Putin ħabbar operazzjoni militari fir-reġjun ta’ Donbas fl-Ukrajna, li qed tiġi deskritta bħala invażjoni fuq skala kbira.

Putin ħabbar l-operazzjoni militari fil-5.55a.m. ħin ta’ Moska u skont dak li qed jiġi rrappurtat l-ewwel missili twaddbu kmieni dalgħodu.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna akkuża lir-Russja li bdiet gwerra fuq skala kbira u ħeġġeġ lin-Nazzjonijiet Magħquda biex jagħmlu dak kollu possibbli biex iwaqqfuha.

Rapporti ta’ azzjoni militari waslu hekk kif il-mexxejja dinjija ppruvaw jevitaw il-katastrofi b’laqgħa tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda fost twissijiet li invażjoni possibilment tista’ tibda l-akbar gwerra fl-Ewropa mill-1945 ‘l hawn.

F’kummenti rrappurtati mill-midja Russa, Putin qal li kien awtorizza operazzjoni militari speċjali f’żoni separati tal-Lvant tal-Ukrajna u l-ġlied bejn il-forzi Russi u Ukrajni kienu biss kwistjoni ta’ żmien.

Fil-kapitali ta’ Kiev, bdiet iddoqq is-sirena ta’ emerġenza, u stampi juru kju ta’ karozzi hekk kif in-nies qed jaħarbu mill-belt.

Ritratt: Reuters

Persuni li tkellmu fuq il-midja soċjali rrakkontaw dwar sens ta’ paniku li qed jikber, b’uħud jgħidu li qed jiġu mġiegħla jfittxu l-kenn f’xelters u fil-kantini. Filmati televiżivi wrew nies jitolbu fit-toroq, miġbura fi gruppi.

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Antonio Guterres nhar l-Erbgħa għamel talba lill-President Russu Vladimir Putin biex iwaqqaf il-gwerra ‘f’isem l-umanità’, wara li l-mexxej Russu ħabbar operazzjoni militari fil-Lvant tal-Ukrajna.

“President Putin, f’isem l-umanità, ġib it-truppi tiegħek lura fir-Russja,” qal Guterres, waqt li tkellem wara laqgħa ta’ emerġenza tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar l-Ukrajna.

Ekonomija

Sport