Friday, December 13, 2024

Putin jagħti titlu ta’ unur lil skwadra Russa li tinsab akkużata bi krimini ta’ gwerra

Aqra wkoll

Skwadra ta’ suldati Russi, li tinsab akkużata li wettqet krimini ta’ gwerra fil-belt ta’ Bucha fl-Ukrajna, għadha kemm ingħatat titlu ta’ unur mill-President Russu Vladimir Putin. 

F’ittra li bagħat Putin ilbieraħ lill-iskwadra ’64th Separate Guards Motor Rifle Brigade’, huwa feraħ lill-membri ta’ din l-iskwadra “għall-eroiżmu u l-kuraġġ kbir” u ppremjahom bit-titlu ta’ “gwardjani” talli “proteġew lis-sovranità Russa”.

Fi stqarrija li ħarġet fl-4 ta’ April, il-Ministru għad-Difiża Ukrena ddefinixxa lis-suldati ta’ din l-iskwadra bħala “kriminali tal-gwerra” minħabba li l-iskwadra Russa kellha involviment dirett fl-atroċitajiet li twettqu fuq ir-residenti ta’ Bucha.

Iktar kmieni dan ix-xahar, wara t-tluq tal-forzi Russi minn Kyiv, f’Bucha u fi Borodyanka nstabu għadd ta’ oqbra b’mijiet ta’ residenti Ukreni li sfaw vittmi tar-Russi.

Ekonomija

Sport