Friday, December 27, 2024

Putin jakkuża lill-Ukrajna li mhix tkun konsistenti fin-negozjati

Aqra wkoll

Il-President Russu Vladimir Putin huwa rrappurtat li qal lill-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel illi huwa mhux lest li jerġa’ jkollu diskursata oħra mal-President Ukren Volodymyr Zelensky diment li dawn id-diskussjonijiet ma jkunux se jwasslu għal riżultati konkreti.

Putin akkuża lil Kyiv li għadha mhix lesta li ssib soluzzjonijiet li huma aċċettabbli kemm għall-Ukrajna kif ukoll għar-Russja, u kompla jgħid li l-Ukrajna mhix qed tkun konsistenti f’dawn in-negozjati.

Iktar kmieni din il-ġimgħa, il-kelliem għall-Kremlin, Dmitry Peskov, żvela li r-Russja provdiet dokumenti importanti lill-Ukrajna sabiex jimxu pass ’il quddiem f’dawn it-taħditiet għall-paċi. Min-naħa tiegħu Zelensky ċaħad dan u spjega li l-Ukrajna ma rċeviet l-ebda dokumenti mir-Russja.

Ekonomija

Sport