Tuesday, August 19, 2025

Putin jirtira lura mill-ftehim?

Aqra wkoll

Rapporti fil-midja internazzjonali qegħdin jirraportaw li l-President Russu Vladimir Putin ma komettix ruħu li jiltaqa’ mal-President Ukren biex jiddiskutu pjan ta’ paċi u b’hekk tieqaf il-gwerra.

Wara din l-aħbar hemm biża’ ċara li l-ftehim li rnexxielu jilħaq b’xi mod il-President tal-Istati Uniti Donald Trump se jkun qiegħed jispiċċa fix-xejn u b’hekk il-gwerra tkompli.

Il-Kremlin qal li wara li Trump spiċċa l-laqgħa ma’ Volodymyr Zelensky, kellu telefonata ma’ Putin li damet madwar 40 minuta.  Jidher li f’din it-telefonata Putin qal lil Trump li hu għadu indeċiż jekk iridx jiltaqa’ ma’ Zelensky u anke qajjem dubji dwar il-ftehim li kien intlaħaq il-ġurnata ta’ qabel.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport